Kollaborazzjonijiet Ewropej

Id-DPA jipparteċipa f’diversi proġetti u kollaborazzjonijiet tal-UE li jinvolvu politiki farmaċewtiċi, u l-ipprezzar u r-rimborż tal-mediċini. Dan jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni, tal-aħjar prattiki u tal-esperjenzi fir-rigward tal-politiki farmaċewtiċi dwar l-ipprezzar u r-rimborż, il-valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa u kwistjonijiet farmaċewtiċi oħra li jiġu identifikati, kondiviżi u diskussi b’mod regolari.

Id-DPA jimmira li:

  • Jipparteċipa f’diversi netwerks u inizjattivi tal-UE rrelatati mal-politika farmaċewtika.
  • Jikkomunika u jikkollabora ma’ kollegi u istituzzjonijiet Ewropej involuti f’funzjonijiet simili.
  • Jistabbilixxi kuntatti ma’ aġenziji u awtoritajiet ta’ pprezzar u rimborż madwar l-UE.
  • Ikompli jtejjeb diversi aspetti rrelatati mal-politika farmaċewtika f’Malta permezz ta’ riċerka tal-politika tal-UE u l-qsim tal-għarfien.
  • Jirrevedi dokumenti u rapporti relatati mal-UE biex jipprovdi l-pariri u l-pożizzjonijiet meħtieġa.

Id-DPA jikkollabora u jipparteċipa ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati internazzjonali fuq diversi proġetti. Xi wħud minn dawn jinkludu:

Grupp ta’ Kordinazzjoni tal-Istati Membri dwar l-HTA (HTACG)