Sezzjoni tal-Valutazzjoni tat-Teknoloġiji tas-Saħħa

Is-Sezzjoni tal-Valutazzjoni tat-Teknoloġiji tas-Saħħa (HTA Unit) jassisti fil-proċess ta’ deċiżjoni fuq mediċini ġodda li jintalbu għall-inklużjoni fil-Formularju tal-Gvern (GFL). Applikazzjonijiet għall-mediċini ġodda jiġu sottomessi mid-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq permezz tal-applikazzjoni T01 jew mingħand iċ-Chairperson Kliniku permezz tal-applikazzjonijiet T02 u T02/P.

L-ispiżjara tal-HTA Unit jipprovdu informazzjoni teknika dwar l-effetti terapewtiċi u analiżi tal-impatt finanzjarju tal-mediċini l-ġodda li jkunu qed jiġu assessjati. Ir-rapporti jiġu ppreżentati liż-żewġ kumitati konsultattivi: il-Kumitat Konsultattiv dwar Lista Formularja tal-Gvern magħruf bħala GFLAC u il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Benefiċċji tas-Saħħa magħruf bħala ACHCB.

Wara li tittieħed id-deċiżjoni finali mill-kumitati, l-HTA Unit ikompli jsegwi fuq dawn id-deċiżżjonijiet kif meħtieġ. Jekk mediċina ġiet irrakkomandata għall-approvazzjoni u inklużjoni fil-formularju, is-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) jiġi mgħarraf biex jinbeda il-proċess ta’ xiri tal-mediċina approvata.

Dan il-proċess jitkompla mis-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Formularju sakemm il-mediċina tiġi introdotta formalment fuq il-Formularju tal-Gvern.