Trattament Mediċinali Eċċezzjonali

Is-Sezzjoni għat-Trattament Mediċinali Eċċezzjonali (EMT) hija responsabbli għall-ipproċessar ta’ talbiet għal trattament mediċinali eċċezzjonali, li huwa definit bħala trattament mediċinali li mhuwiex skont il-politika eżistenti fuq il-Lista tal-Formularju tal-Gvern.

Fil-qosor, Applikazzjoni fuq Bażi Eċċezzjonali għat-Trattament Mediċinali hija sottomessa minn konsulent mediku għal pazjent individwali. It-talba tiġi riveduta mill-ispiżjara fi ħdan l’EMT u rapport tekniku jiġi ppreżentat lill-Kumitat għat-Trattament Mediċinali Eċċezzjonali (EMTC). L-EMTC twaqqaf skont l-Avviż Legali L.N. 58 tal-2018: Att dwar is-Saħħa (Kap. 528): Regolamenti dwar il-Kumitat għat-Trattament Mediċinali Eċċezzjonali, bil-għan li jiġu evalwati l-applikazzjonijiet sottomessi u tittieħed deċiżjoni jekk talba għall-EMT għandhiex tiġi approvata jew miċħuda skont il-Politika ta’ Trattament Mediċinali Eċċezzjonali.

Is-Sezzjoni tal-EMT finalment tikkoordina l-provvista ta’ mediċini approvati mas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) u l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) billi tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex:

  1. Jibda l-proċess tax-xiri u, ladarba d-disponibbiltà tal-istokk tiġi kkonfermata għal pazjent partikolari.
  2. Jinharġu d-dokumenti ta’ intitolament meħtieġa sabiex il-mediċina tkun tista’ tinġabar mill-POYC.

Il-proċess huwa illustrat hawn