Sezzjoni tal-Ipprezzar Farmaċewtiku

Is-Sezzjoni tal-Ipprezzar Farmaċewtiku hija waħda mis-sezzjonijiet funzjonali fi ħdan id-Direttorat għall-Affarijiet Farmaċewtiċi.

Is-Sezzjoni tal-Ipprezzar hija responsabbli biex:

  • Tikkontribwixxi għall-ipprezzar ġust tal-mediċini fis-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern;
  • Tikkalkula il-Prezz ta’ Referenza Massimu (MRP), il-Prezz ta’ Referenza Estern (ERP) u l-Prezz ta’ Referenza ta’ Gwida (GRP) skont il-Proċeduri Operattivi Standard interni.

Il-komputazzjonijiet tal-prezzijiet li jsiru fi ħdan din is-sezzjoni jinħadmu biex jassistu u jservu bħala kontroll tal-prezz ta’ referenza matul il-proċess tal-akkwist tal-mediċini kollha. Il-komputazzjonijiet tal-prezzijiet jiġu inklużi wkoll fil-proċess ta’ studji interni mwettqa għall-finijiet tal-Valutazzjonijiet tat-Teknoloġija tas-Saħħa ta’ mediċini ġodda proposti għall-introduzzjoni fuq il-Lista tal-Formularju tal-Gvern. Ir-riċerka tal-prezzijiet tal-mediċini ssir minn basket ta’ pajjiżi tal-UE  li jaqgħu fil-medda ta’ +/-20 punt perċentwali tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) per capita ta’ Malta f’Purchasing Power Standards (PPS) permezz ta’ ċifri tal-EUROSTAT, flimkien mal-prezz tar-Renju Unit.