Skannjar tal-Orizzont/Studju tal-Possibilitajiet

L-iskannjar tal-orizzont huwa l-proċess li jippermetti l-identifikazzjoni ta’ prodotti mediċi ġodda u emerġenti permezz ta’ analiżi sistematika tat-teknoloġiji tas-saħħa ġodda, tipikament kemm qabel id-dħul fis-suq, kif ukoll qabel il-proċess tal-HTA. L-identifikazzjoni bikrija ta’ mediċini ġodda tippermetti valutazzjoni tar-rilevanza u l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-sistema tas-saħħa, kif ukoll l-identifikazzjoni ta’ theddid u opportunitajiet potenzjali, u b’hekk tippermetti tfassil ta’ politika b’mod pro-attiv u ppjanar tal-baġit aħjar.

Is-sistemata’ skanjar tal-orizzont ġiet stabbilita fi ħdan is-Sezzjoni tal-Politika Farmaċewtika u l-Affarijiet tal-UE fis-sena 2020 bil-għan li jitwettqu sudji tal-possibilitajiet fil-kuntest tal-politika farmaċewtika. Is-sistema tal-iskannjar tal-orizzont fid-DPA għandha l-għan li ttejjeb l-ippjanar finanzjarju strateġiku u t-teħid tad-deċiżjonijiet billi tipprovdi informazzjoni bikrija dwar mediċini ġodda li għadhom mhumiex liċenzjati fis-suq.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq [email protected]