Sezzjoni tal-Evalwazzjoni tal-Użu tal-Mediċini

Is-Sezzjoni tal-Evalwazzjoni tal-Użu tal-Mediċini (MUE Unit) tissorvelja l-użu tal-mediċini u r-riżultati tas-saħħa tal-pazjent wara t-trattament. Dan il-proċess isir għal mediċini fuq il-lista tal-formularju tal-Gvern, mediċini li ġew introdotti reċentement u mediċini mhux fuq il-lista tal-formularju tal-Gvern li qed jiġu approvati skont il-politika tat-Trattament Mediċinali Eċċezzjonali.

L-MUE Unit jiffoka fuq l-evalwazzjoni u t-titjib tal-proċessi tal-użu tal-mediċini, bil-għan li l-pazjenti jilħqu riżultati tas-saħħa ottimali. Il-proċess jikkonsisti f’analiżi formali bbażata fuq l-evidenza bil-għan li jassistu l-partijiet ikkonċernati sabiex jiddeterminaw l-effiċjenzi u jidentifikaw opportunitajiet għall-bidla.

Ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-MUE Unit jiġu sottomessi lill-awtoritajiet tas-saħħa u lill-partijiet ikkonċernati kif meħtieġ.