Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Formularju

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Formularju (FM Unit) taġġorna, żżomm u perjodikament tirrevedi l-Formularju tal-Isptar (Hospital Formulary), il-Formularju tal-Outpatients (Outpatients Formulary), u l-protokolli ta’ intitolament rispettivi. L-aġġornamenti jinkludu introduzzjonijiet ta’ mediċini ġodda, tneħħija ta’ mediċini li m’għadhomx jintużaw, bidliet fil-kriterji ta’ min jippreskrivi, immappjar mal-kundizzjonijiet tal-Iskeda V, u proċeduri ta’ kif jingħataw il-mediċini. Dan isir permez z ta’ analiżi tal-informazzjoni miksuba u evalwazzjoni tal-evidenza klinika flimkien ma’ konsultazzjoni ma’ tobba, spiżjara u professjonisti tas-saħħa oħra. Aktar informazzjoni dwar il-proċess tal-inklużjoni tal-mediċini fil-formularju tinstab hawn. Il-proċess ta’ emendi u tneħħija ta’ mediċini mill-formularju huwa illustrat hawn. Il-proċess ta’ emendi u tħassir ta’ mediċini mill-formularju huwa illustrat hawn.

L-FM Unit jabbozza wkoll ċirkolarijiet relatati mal-formularji, bħal introduzzjonijiet ta’ mediċini ġodda u kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-mediċini meta meħtieġ.

Barra minn hekk, L-FM Unit regolarment jipprovdi pariri u assistenza teknika fuq tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-akkwist tal-mediċini. Id-DPA jippossjedi d-Database tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-farmaċewtiċi li tiġi aġġornata regolarment mill-FM Unit. Aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ tfassil ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda tinstab hawn, u informazzjoni dwar il-proċess ta’ emendi u tneħħija ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi eżistenti tinstab hawn.

L-FM Unit jista’ jiġi kkuntattjata fuq: [email protected].