Din il-formola trid timtela mill-Konsulenti meta tkun qed tintalab kura mediċinali eċċezzjonali għall-pazjenti tagħhom. L-informazzjoni sottomessa għandha tkun tali li tippermetti l-kumpilazzjoni ta’ valutazzjoni ħolistika relatata mal-mediċina mitluba għall-finanzjament individwali tal-pazjent. Din il-valutazzjoni tinkludi effikaċja klinika komparattiva ma’ terapija standard/għażliet ta’ trattamenti oħra u, raġunijiet għall-eċċezzjonalità u l-impatt fuq il-baġit. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa meħtieġa biex tissostanzja t-talba għandha tiġi mehmuża mal-formola mimlija u tintbagħat permezz ta’ email lil: [email protected]

L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa mid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (MAHs) lid-Direttorat għall-Affarijiet Farmaċewtiċi (DPA), meta tintalab l-inklużjoni (i) ta’ prodott mediċinali ġdid fil-Formularju tal-Gvern, jew (ii) ta’ indikazzjoni ġdida/indikazzjonijiet ġodda għal prodotti diġà disponibbli fuq il-Formularju. It-talba eventwalment tiġi ppreżentata għal diskussjoni u rakkomandazzjoni mill-kumitati tal-GFLAC (Kumitat Konsultattiv dwar Lista Formularja tal-Gvern) u l-ACHCB (Kumitat Konsultattiv dwar il-Benefiċċji tas-Saħħa).

L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-konsulenti li jaħdmu fi ħdan is-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern lid-Direttorat għall-Affarijiet Farmaċewtiċi (DPA), meta jitolbu għall-inklużjoni (i) ta’ prodott mediċinali ġdid fil-Formularju tal-Gvern, jew (ii) ta’ indikazzjoni ġdida/indikazzjonijiet ġodda għal prodotti diġà disponibbli fuq il-Formularju. It-talba għandha tiġi approvata miċ-Chairperson Kliniku tad-dipartiment ikkonċernat. It-talba eventwalment tiġi ppreżentata għal diskussjoni u rakkomandazzjoni mill-kumitati tal-GFLAC (Kumitat Konsultattiv dawr Lista Formularja tal-Gvern) u l-ACHCB (Kumitat Konsultattiv dwar il-Benefiċċji tal-Kura tas-Saħħa).

L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-konsulenti li jaħdmu fi ħdan is-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern, bħala anness mal-formola ‘Talba minn Konsulent għall-Inklużjoni ta’ Prodott Mediċinali fil- Formularju tal-Gvern (T02)’.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.