DWARNA

Id-Direttorat għall-Affarijiet Farmaċewtiċi (DPA) għandu pożizzjoni ta’ sfida u ċentrali fis-sistema tas-saħħa nazzjonali Maltija hekk kif jistinka biex jaħdem f’bilanċ strett bejn is-salvagwardja tas-saħħa pubblika u l-iżgurar tal-aċċess tal-pazjent għal mediċini ta’ kwalità tajba sikuri u effettivi, fl-istess ħin b’mod ġust u sostenibbli.

Għanijiet

  • Li jfassal politiki sabiex jissalvagwardja s-saħħa pubblika, jippromwovi l-ekwità u s-sostenibbiltà tas-settur farmaċewtiku tal-gvern
  • Jiżgura l-aċċess għal mediċini essenzjali permezz ta’ disponibbiltà u affordabbiltà ġusta
  • Jiżgura kwalità tajba, sigurtà u effikaċja tal-mediċini kollha pprovduti mis-servizz tas-saħħa tal-gvern
  • Jiżgura l-użu razzjonali ta’ dawn il-mediċini permezz tal-promozzjoni tal-użu terapewtikament tajjeb u kosteffettiv tal-mediċini minn professjonisti tas-saħħa u pazjenti
  • Li jipparteċipa u jikkomunika ma’ netwerks u inizjattivi tal-UE relatati mal-Politika Farmaċewtika sabiex itejjeb kontinwament aspetti tal-politika farmaċewtika f’Malta
  • Jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-politika farmaċewtika
  • Jipprovdi informazzjoni teknika ta’ sostenn u rapporti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet rigward l-inklużjoni ta’ mediċini ġodda fil-formularju tal-gvern u jsegwi d-deċiżjonijiet meħuda tul il-ħajja tal-prodott fuq il-formularju
  • Jikkontribwixxi għall-ipprezzar ġust tal-mediċini fis-servizzi tas-saħħa tal-gvern
  • Jipprovdi aċċess għal trattament kosteffettiv ibbażat fuq l-evidenza għal individwi partikolari bi ħtieġa eċċezzjonali għal trattament li bħalissa mhux ipprovdut mis-servizz tas-saħħa permezz tal-formularju tal-gvern
  • Isegwi trattamenti approvati ġodda bi prezz għoli fuq il-formularju tal-gvern permezz ta’ evalwazzjonijiet tal-użu tal-mediċini mmirati biex jevalwaw u jtejbu l-użu tal-medikazzjoni biex jinkisbu riżultati ottimali għall-pazjent, jipprevjenu kumplikazzjonijiet u jappoġġaw il-kura farmaċewtika