Kisbiet

Marka tal-Ugwaljanza

Id-Direttorat għall-Affarijiet Farmaċewtiċi (DPA) ngħata l-Marka tal-Ugwaljanza mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) talli jpoġġi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala waħda mill-valuri tiegħu u għar-rikonoxximent tal-potenzjal tal-impjegati kollha irrispettivament mill-ġeneru u r-responsabbiltajiet ta’ kura tagħhom.

Premju għas-servizzi mogħtija lill-professjoni farmaċewtika

Fis-Simpożju tal-Farmaċija Annwali organizzat mid-Dipartiment tal-Farmaċija tal-Università ta’ Malta f’Marzu 2017, id-Direttorat għall-Affarijiet Farmaċewtiċi (DPA) ngħata l-premju għas-servizzi mogħtija lill-professjoni farmaċewtika. Id-DPA ġie mfaħħar għax-xogħol metikoluż u ta’ kwalità għolja li jsir fid-Direttorat.

Fl-aħħar snin, id-DPA kkollabora mad-Dipartiment tal-Farmaċija billi ħeġġeġ l-impjegati tiegħu sabiex ikomplu bl-istudji tagħhom, ipprovda programmi ta’ taħriġ lil studenti li jridu jagħmlu perjodu f’impjieg bħala parti mill-kors ta’ studji tagħhom, u offra gwida lil studenti li qed jagħmlu proġetti ta’ riċerka/teżi f’oqsma relatati mal-Politiki Farmaċewtiċi tal-Gvern.